Lokali

Raġel ta’ 52 sena rrappurtat nieqes

Raġel ta’ 52 sena ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija lbieraħ.

Philip Borġ li hu minn Ħaż-Żebbuġ deher l-aħħar il-Ħadd li għadda, fit-22 ta’ Lulju, fir-residenza tiegħu stess. Hu kien liebes flokk blu skur u three quarters blu skur. Hu kien qed jagħmel użu mill-vettura Isuzu Trooper ta’ lewn abjad.

Kull min għandu informazzjoni dwar dan ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq 21224001 jew 119.

L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.