Internazzjonali

Demi Lovato tittieħed l-Isptar mitlufa minn sensiha wara abbuż mid-droga eroina

Il-kantanta Demi Lovato jidher li rkuprat, u issa hi mdawwra bil-qraba tagħha fi Sptar f’Los Angeles, wara li nstabet mitlufa minn sensiha kawża ta’ abbuż mid-droga eroina.

Kienu għadd ta’ paramediċi li sabu lill-kantanta Amerikana mitlufa minn sensiha appena waslu fir-residenza tagħha f’Hollywood wara telefonata li indikat il-bżonn ta’ emerġenza medika.

Illum, fl-età ta’ 25 sena, dan mhux l-ewwel każ li Demi Lovato abbużat minn xi tip ta’ droga, tant li fil-passat iġġieldet din il-ġlieda għal diversi snin. Riċentament, hi nediet il-kanzunetta “Sober”, li fiha tiżvela kif reġgħet waqgħet wara sitt snin ‘il bogħod mill-vizzju.

Għadd ta’ personalitajiet minn madwar id-dinja, l-aktar kantanti, kitbu fuq il-media soċjali biex jesprimu solidarjetà u jawgurawlha fejqan ta’ malajr lill-kantanta. Min-naħa tagħhom, kelliema għall-kantanta appellaw għall-privatezza u biex ma jkunx hemm spekulazzjonijiet inutli.