Il-Britanniku Geraint Thomas kabbar il-vantaġġ tiegħu fil-klassifika ġenerali tat-Tour de France, hekk kif kif iċ-champion renjanti sabha diffiċli fl-aħħar telgħa fis-17-il stadju.
Iċ-ċiklist ta’ 32 sena qed ifittex l-ewwel suċċess, issa jinsab żewġ minuti u 31 sekonda fuq Froome, b’erba’ stadji għat-tmiem. L-eqreb sfidant ta’ Thomas, issa hu l-Olandiż Tom Dumoulin li jinsab minuta u 59 sekonda wara Thomas.
Nairo Quintana żamm il-pressjoni tal-Irlandiż Dan Martin biex rebaħ l-istadju li kien twil ta’ 65 kilometru. . Dan l-istadju kien l-iqsar stadju fl-erà moderna tat-Tour de France.
Wara tliet tlajja’ diffiċli b’mod konsekuttiv, Thomas irnexxielu jikseb vantaġġ tajjeb biex żamm il-flokk l-isfar, fejn wera l-abbiltà tiegħu mingħajr ebda sinjali ta’ dgħjufija. Bit-18-il stadju mistenni jispiċċa bi sprint, l-istadju tal-Ġimgħa hu l-mument tal-verità għal Thomas biex jassigura l-akbar suċċess fil-karriera tiegħu.
Kif spiċċaw is-17-il stadju
1. Nairo Quintana 2:21.27
2. Dan Martin +0.28
3. Geraint Thomas +0.47
4. Primoz Roglic +0.52
5. Tom Dumoulin +0.52
6. Steven Kruijswijk +1.05
7. Egan Bernal +1.33
8. Chris Froome +1.35
9. Mikel Landa +1.35
10. Ilner Zakarin +2.01
Klassifika Ġenerali
1. Geraint Thomas 70:34.11
2. Tom Dumoulin +1.59
3. Chris Froome +2.31
4. Primoz Roglic +2.47
5. Nairo Quintana +3.30
6. Steven Kruijswijk +4.19
7. Mikel Landa +4.34
8. Romain Bardet +5.13
9. Dan Martin +6.33
10. Jakob Fuglsang +9.31
//= $special ?>