Mara ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed issofri minn feriti gravi wara li lbieraħ filgħaxija kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Imqabba.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq Tas-Sejba, meta l-mara kienet qed issuq il-karozza, tat-tip Ford Fiesta, u għal xi raġuni tilfet il-kontroll u ħabtet bil-karozza ma’ ħajt qabel ma nqelbet.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku b’Ambulanza, filwaqt li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għenu biex il-mara setgħet tinħareġ mill-vettura. Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>