Lokali

Muscat jibqa’ ma jieħux azzjoni dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri – Adrian Delia

Jien qiegħed hawn biex nieħu deċiżjonijiet u lest li nagħmel u nikkonċedi dak kollu li jsaħħaħ lill-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li għadu qed isejjaħ għar-riżenja ta’ Simon Busuttil, Joseph Muscat għadu sal-lum ma’ ħax azzjoni dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri, fejn l-involviment u l-aġir tagħhom hu fatt dokumentat

Sostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt intervista fil-programm Indepth li ttella’ fuq il-portal tal-ġurnal The Malta Independent. Hu tkellem fost oħrajn dwar il-ħtieġa li tinbena mill-ġdid il-kredibilita’ tal-Partit Nazzjonalista

Hu qal li l-PN irid ikun il-Partit tan-nies, popolari mingħajr ma jkun populist.

Dwar in-numru ta’ Deputati li mhux qed jaqblu mad-deċiżjoni tiegħu u tal-Amministrattiv tal-Partit, Adrian Delia qal li hu miftuħ għad-diskussjoni mal-Membri Parlamentari kollha iżda wissa li jekk se nibqgħu fil-passat li tellifna, se nibqgħu nitilfu.

Qal li kwalunkwe deċiżjoni tal-Qorti trid tiġi aċċettata u eżegwita’.