Lokali

Oġġett “misterjuż” fuq is-Siġġiewi?

"Rajt bħal ballun tan-nar"

Il-video li qed taraw hawn fuq inġibed ilbieraħ filgħaxija u juri xena mhux tas-soltu – bħal ballun tan-nar għaddej fis-sema b’veloċita’ qawwija. Il-filmat tpoġġa’ fuq Facebook minn raġel Malti, u hu twil 20 sekonda. Aħna fil-fatt ippublikajnih kif waslilna oriġinali, u mingħajr ma qassarnih.

Hu kiteb hekk fuq Facebook: “Għadni kif attendejt ghal xena mhux tas-soltu fis-sema. Ħaġa misterjuza tixgħel fis sema, għaddeja min fuq is-Siġġiewi qisu ballun kollu nar għaddej b’veloċita’ qawwija”.

Dan ir-raġel kien l-uniku wieħed li għaddielna informazzjoni dwar dan l-oġġett misterjuż.

F’Mejju li għadda, Net News xandar filmat illi allegatament wera l-mument meta grupp ta’ żgħażagħ lemħu oġġett “jiddi fis-sema” u jimxi b’veloċita’ qawwija.