Sidien ta’ numru ta’ karozzi li kienu pparkjati fi Triq l-Industrija f’Ħal Qormi illum wara nofsinhar jistgħu jgħodduha b’waħda wara li vettura waqqgħet ħajt għal fuq it-triq li tinsab f’livell aktar ‘l isfel.
Jidher illi kien vann pickup li kien involut f’dan il-każ, bir-ritratti li waslulna juru l-ammont kbir ta’ knaten li twaqqgħu għat-taraġ li jwassal fit-triq l-oħra.
Sorsi qalulna li s-sewwieq, wara li ra dak li ġara, saq mill-post tal-inċident.
Fortunatament, fil-ħin tal-inċident ma kienux għaddejin persuni minn dan it-taraġ illi jintuża frekwentament f’din iz-zona. Net News hu nfurmat ukoll li t-tabella li turi li hemm taraġ, waqgħet eżatt mal-karozza li kien hemm taħt l-istess taraġ, u kien ix-xufier stess tal-vann illi qabel ħalla l-post, ġabar it-tabella u poġġiha wieqfa.
//= $special ?>