Internazzjonali

Tinstab għadira kbira ta’ ilma fuq Mars

Xjentisti sabu evidenza ta’ għadira kbira ta’ ilma taħt l-art fuq il-pjaneta Mars. Għadira li hemm possibbilta kbira li tkun lok ta’ ħajja fuq din il-pjaneta.

L-għadira fiha diametru ta’ madwar 20 kilometru u tinsab taħt 1.5 kilometru ta’ silġ u hi l-ewwel darba li nstab l-ilma stabbli fuq Mars.

Ix-xjentisti iżda qalu li jridu jgħaddu s-snin qabel ma jkun verifikat li hemm xi tip ta’ ħajja f’dan l-ilma.

Is-sejba kienet preżentata mix-xjentisti Taljan Roberto Orosei mill-Istituto Nazionale di Astrofisica f’riċerka li kienet pubblikata fir-rivista Science.

Il-link għall-artiklu dwar is-sejba fir-rivista Science