Knisja Lokali

FILMAT U RITRATTI: Il-Ħadd li ġej ir-Rotunda se ssir Bażilika

Iċ-ċerimonja se ssir nhar il-Ħadd li ġej

Il-parroċċa tal-Mosta din is-sena mhux biss se tiċċelebra l-Festa ta’ Santa Marija iżda wkoll it-titlu ta’ Bażilika. Dan se jsir f’ċerimonja nhar il-Ħadd li ġej fir-Rotunda, fil-5:30pm.

NetNews mar sar ar-Rotunda u hemm kellimna l-Arċipriet tal-istess parrocca, Dun Bastjan Caruana fejn qalilna aktar fuq it-tifsira essenzjali ta’ dan it-titlu mogħti lil parroċċa Mostija.

Intant ħadna wkoll il-kumment ta’ Jeffrey Galea, id-disinjatur tal-artal, fejn spegalna aktar fid-dettall ix-xogħol li sar u li qed isir bħalissa bi preparamenti.

Wara d-disinn li sar inqaleb biex dawn isiru 3D biex ix-xogħol ikun jista’ jinħadem l-Italja mill-kumpanija Lo Conte Marini.

Lil Galea wkoll saqsejnih xi tfisser għalih li ħadem fuq id-disinn tal-istess artal. Huwa wieġeb hekk ta’ mhux biss disnjatur, imma anki ta’ wieħed Mosti.

“Responsabbilità fuq il-parroċċa biex tagħti aktar servizz.”

Iltqajna wkoll ma’ Keith Cassar, is-Sindku tal-Mosta, u qalilna wkoll xi jfisser dan it-titlu għall-Mostin u tagħna wkoll xi dettalji fuq it-talbiet li kienu saru fil-passat.

Il-Ħadd li ġej il-Mosta se tkun qed tingħata t-titlu ta’ Bażilika u se tibda tiċċelebra l-festa tal-Assunta u għal dawn il-jiem sar appell lill-komunità Mostija biex tkompli tingħaqad flimkien f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ ferħ.

Ritratti ta’ Matthew Tabone