Għadu kemm tħabbar il-programm tal-logħob tas-Serie A li jiftaħ fit-18 ta’ Awwissu u fejn iċ-Champions Taljani, Juventus, jibdew id-difiża tat-titlu b’impenn barra minn darhom ma’ Chievo Verona.
Logħba oħra interessanti fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat (li jikkonkludi fis-26 ta’ Mejju tal-2019) hi bejn Lazio u Napoli, b’Milan jospitaw lil Genoa fis-San Siro
Il-programm tal-logħob tas-Serie A għat-18 ta’ Awwissu: Atalanta v Frosinone, Bologna v Spal, Chievo v Juventus, Empoli v Cagliari, Lazio v Napoli, Milan v Genoa, Parma v Udinese, Sampdoria v Fiorentina, Sassuolo v Inter u Torino v Roma.
//= $special ?>