Il-Gvern Bulgaru wissa lit-Turkija u lill-Greċja li jistgħu jintlaqtu minn għargħar. Dan hekk kif il-pajjiż qed jitlaqat minn xita qalila li waslet biex ix-Xmajjar Arda u Maritsa, li ikomplu sejrin lejn dawn iż-żewġ pajjiżi ġirien, kważi jfuru.
Din it-twissija ħarġet hekk kif il-Greċja qed tissielet man-nirien kbar li hemm.
Uffiċjali Bulgari wissew li fil-ġranet li ġejjin minħabba x-xita li qed tinżel, id-Diga Ivaylovgrad tul l-Arda fil-Muntanji Rhodope, aktarx tfur.
Ix-Xmara Arda tfur lejn il-Lvant fil-Greċja u imbagħad tingħaqad max-Xmara Maritsa tul il-fruntiera Griega mat-Turkija.
Il-Gvern Bulgaru wissa li hu kien qed ibassar żieda kbira fil-livelli tal-Maritsa qrib il-belt Bulgara ta’ Svilengrad tul il-fruntiera Torka qabel tmiem il-ġimgħa.
L-awtoritajiet Bulgari dikjaraw stat ta’ emerġenza f’diversi zoni wara x-xita qalila li qed tagħmel. It-Tlieta kien hemm raġel li tilef ħajtu wara li tkaxkar mill-ilmijiet f’ Teteven.
Il-Greċja…wara n-nar possibbitla ta’ għargħar


