Wara ġimgħat sħaħ ta’ kritika qawwija, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg preżenta pjanti ġodda għall-bypass ta’ Ħ’Attard.
Fi stqarrija, il-Ministru Borg ma qal xejn dwar il-fatt li kellu jbaxxi rasu għall-pressjoni pubblika. Qal biss li dan il-proġett ġie diskuss fil-Parlament.
Skont il-Ministru, issa bil-pjanti l-ġodda se jkun hemm żieda fil-faċilitajiet għall-ivvjaġġar b’mezzi alternattivi, fosthom żieda fil-korsiji għar-roti u żewġ mini ġodda biex dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota jkunu jistgħu jaqsmu t-toroq arterjali b’mod sigur.
Il-Ministru assigura li s-siġar fil-post se jiżdiedu.
Dan il-proġett se jkun qed jolqot l-aktar lir-residenti ta’ Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat u l-Mosta.
//= $special ?>