Il-Ministru Michael Farrugia qed jistenna mill-Pulizija li jmorru l-extra mile u jieħdu inizjattiva u mhux jistennew biss li jiġu l-ordnijiet.
Michael Farrugia qal dan meta preżenta l-ittra tal-ħatra lil 19-il supretendent f’ċerimonja fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-preżenza tal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Ħamsa minn dawn is-supretendenti huma nisa.
Il-Kummissarju Lawrence Cutajar qal li l-ħatriet saru skont ir-ristrutturar tal-Korp. Saħaq li l-Korp għandu jaħdem bħala team.
Issa, il-Korp tal-Pulizija se jkollu 30 supretendent li se jservu fid-distretti, fl-iskwadri investigattivi u anke fis-sezzjoni amministrattiva u fis-support loġistiku.
//= $special ?>