Edukazzjoni Lokali

Inċertezza bejn l-LSEs dwar korsijiet li jwassluhom għal grad ta’ LSE3

Id-differenza fir-rimunerazzjoni bejn LSE2 u LSE3 hi meqjusa baxxa

Issa li nħoloq grad ġdid ta’ LSE3, il-Learning Support Educators jinsabu mħawwdin dwar il-korsijiet ta’ degrees li hemm disponibbli u li jistgħu isegwu biex itejjbu l-kundizzjoniet tagħhom. Il-gradi ta’ LSEs issa huma Supply LSE, LSE1, LSE2 u LSE3.

L-erba’ gradi għandhom deskrizzjoni tax-xogħol identiku u huma biss distinti mill-paga.

Il-grad il-ġdid ta’ LSE3 huwa miftuħ għal kandidati li, jew komplew javvanzaw sal-livell ta’ Masters f’xi suġġett relatat mal-inklużjoni, jew għal min jikseb degree mill-Universita’ ta’ Malta jew kors privat f’livell ta’ degree fl-edukazzjoni inklussiva.

Madankollu, xi LSEs huma nkwetati għaliex mhux kull minn għamel Masters se jikkwalifika awtomkatikament għal dan il-grad. Dan għaliex il-bord tal-għażla se jkunu qegħdin iqisu liema mill-kandidati li għamlu Masters b’korrispondenza se jkunu aċċettati u liema le. Barra minn hekk, il-korsijiet privati fuq livell ta’ degree li huma disponibbli jidher li se jkunu mifruxa fuq medda ta’ sena filwaqt li dak tal-Universita’ itul 3 snin.

LSEs li jikkwalifikaw ghal grad ta’ LSE3 awtomatikament ikun jistgħu jaqbżu jew jieħdu post LSEs fi gradi inqas. Dan qed joħloq pika bejn LSEs li ma jridux jitilfu posthom fl-iskejjel b’mod partikolari bejn LSEs Għawdxin li qed jikkompetu biex jikkwalifikaw għal grad u għall-korsijiet li jwasslu għal dan il-grad sabiex jeviaw li jiġu rilokati fi skejjel f’Malta.

Intant, LSEs li jixtiequ jagħmlu korsijiet biex jilħqu LSE3 iridu jħallsu għall-dawn il-korsijijet minn buthom u meta jlestu l-istudji jkunu jistgħu japplikaw biex jieħdu lura 70% ta’ dak li jkun ħarġu. Il-kors fl-Uniersita’ ta’ Malta se jiswihom €2,700 u d-degree huwa wieħed speċifiku fl-edukazzjoni inklussiva.

Id-differenza fir-rimunerazzjoni bejn LSE2 u LSE3 se tkun ta’ €132 fix-xahar.