Ingħataw il-piena tal-mewt l-aħħar membri tas-setta Aum Shinrikyo li kienu nstabu ħatja tal-attakk bil-gass velenuż fl-1995 fis-subway ta’ Tokjo.
Kmieni l-Ħamis filgħodu tagħlqu sitt irġiel . Dan wara li seba’ oħra, fosthom il-mexxej tas-Setta Shoko Asahara, ingħataw il-piena tal-mewt ftit ġranet ilu. Fost dawk li ngħataw il-piena tal-mewt ilbieraħ, kien hemm il-persuna li kien fetaħ il-gass fil-vaġuni tal-ferrovija .
Fl-attakk, 13-il persuna kienu tilfu ħajjithom filwaqt li eluf aktar kienu ndarbu minħabba d-dħaħen li belgħu.
Dan kien l-agħar attakk terroristiku li qatt kien hemm fil-Ġappun u li kien ħasad il-pajjiż. Is-setta kienet responsabbli għal qtil ieħor fil-pajjiż kif ukoll attakk ieħor bil-gass velenuż Sarin li kien sar fl-1994 u ħalla tmien persuni mejta u 600 midruba.
L-esekuzzjoni kienet posposta s’issa sakemm intemmu l-preoċeduri kollha legali marbuta mal-appell.
Jingħataw il-piena tal-mewt l-aħħar membri tas-setta Aum Shinrikyo


