Lokali Turiżmu

L-MIA jbassar 13% żieda fuq is-sena l-oħra

Investiment fl-ajruport li se jippermetti operat aħjar u miżjud mil-linji tal-ajru lejn pajjiżna

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar tkabbir fit-traffiku ta’ 13% fuq is-sena li għaddiet.

Fost l-oħrjan se jsir investiment f’zona ġdida ta’ parkeġġ għall-ajruplani li tippermetti li jkun hemm operat miżjud fil-linji tal-ajru lejn pajjiżna.

Intant l-MIA ħabbar li 6.77 miljun passiġier huma mistennija jgħaddu mit-terminal sal-aħħar tas-sena.

Alan Borg kelliem għall-ajruport qal li l-indikazzjonijiet li t-traffiku tal-ajruplani għall-ewwel nofs tas-sena żdied b’16.3%, u jinnota li l-indikazzjonijiet juru l-2018 se tkun tmiem sena konsekuttiva ta’ żieda fit-traffiku. Fl-istess waqt fuq aktar indikazzjonijiet għal ġejjin mhux daqstant qrib, qed iħarsu bir-reqqa lejn l-impatt li se tħalli l-BREXIT u kif ukoll il-prezz taz-zejt li hemm indikazzjonijiet li se jiżdied.

Intqal qal ukoll li l-iskeda tas-sajf toffri 100 destiniazzjoni, b’16 ir-rotta se jkunu estiżi fl-istaġun tax-xitwa.

Fil-konferenza stampa ġie spjegat kif il-kumpanija se tkun qed tagħti bidu għal pjanijiet għall-iżvilupp ta’ żona ta’ parkeġġ għall-ajruplani. Dan l-investiment jammonta għal miljuni ta’ ewro u se jkompli jkabbar l-operazzjoni tal-ajruport. Intqal ukoll li anki biex il-passiġier jkun aktar akkomodat se tibda l-ħidma biex jibda x-xogħol fuq multi-storey carpark li se jakkomoda faċilitajiet ta’ kiri tal-karozzi u kif ukoll jipprovdi 700 spazju ta’ parkeġġ addizzjonali fl-ajruport.

Intqal qal ukoll li l-iskeda tas-sajf toffri 100 destiniazzjoni, b’16 ir-rotta se jkunu estiżi fl-istaġun tax-xitwa.

S’issa fl-2018 l-aktar ħames pajjiżi li qed ikun hemm vjaggi minn u lejhom huma r-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, Franza u Spanja.

L-akbar linja tal-ajru baqgħet dik tar-Ryanair, bi tkabbir anki ta’ 13% fuq is-sena li għaddiet, issegwi hemm il-linja Nazzjonali l-AirMalta.

Ritratti: Matthew Tabone