Inċident li seħħ għall-ħabta tas-2.15pm wassal biex tingħalaq Triq Ħal Far, fil-limiti tal-Gudja. Fl-inċident kienu involuti karozza Kia Picanto misjuqa minn raġel ta’ 21 sena mill-Marsa u trakk ERF misjuq minn raġel ta’ 46 sena mill-Belt.
Fil-post marru l-Pulizija, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku li ħa lix-xufier tat-trakk l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>