Internazzjonali

Splużjoni mal-Ambaxxata Amerikana f’Beijing

Raġel kien arrestat wara li poġġa splussiv mal-Ambaxxata Amerikana fil-kapitali Beijing. Fl-isplużjoni hu ndarab f’idejh.
L-isplużjoni kienet deskritta bħala waħda żgħira u li ma għamlet ebda ħsara, għalkemm żviluppa nar żgħir.
Ftit sigħat wara l-isplużjoni, il-ħidma fl-Ambaxxata Amerikana kompliet normalment.
Ftit qabel ma kien hemm l-isplużjoni, mara kienet arrestata maġenb l-ambaxxata Amerikana wara li din jidher li ppruvat tagħti n-nar lilha nfisha. S’issa mhux magħruf jekk kienx hemm rabta bejn iż-żewġ inċidenti.