Pajjiżna qed jesperjenza tnaqqis fis-sentiment pożittiv dwar is-setturi tal-bejgħ bl-imnut u dak tas-servizzi.
Dan joħroġ minn surveys li saru mill-Bank Ċentrali u li huma rappreżentati f’rapport ippubblikat l-Erbgħa fejn fost oħrajn jirriżulta li inqas kumpaniji bbażati f’Malta jikkunsidraw l-attività kummerċjali tagħhom bħala aħjar mit-tliet xhur ta’ qabel.
Bis-sentiment fis-suq tal-bejgħ bl-imnut jonqos minn 21 għal 15, dan hu bbażat fuq l-attività kummerċjali u l-livelli ta’ stokk tal-kumpaniji.
Fis-settur tas-servizzi, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena l-indikatur tal-kunfidenza f’dan is-settur naqset minn 36 għal 33 punt.
Primarjament dan għaliex kien hemm tnaqqis fl-istennija tad-domanda għat-tliet xhur ta’ wara. Kien hemm ukoll fl-assessjar tas-sitwazzjoni kummerċjali gtax-xhur preċedenti.
//= $special ?>