Internazzjonali

Assalt biex jidħlu f’territorju Spanjol

Madwar 400 immigrant minn pajjiżi Afrikani daħlu f’territorju Spanjol wara li għamlu assalt għar-reċint li hemm bejn il-Marokk u t-territorju Spanjol ta’ Ceuta, u b’xi wħud minnhom iħebbu għall-forzi tas-sigurtà Spanjoli.
Dan kien l-akbar assalt għall-fruntiera minn Frar tal-2017 meta tul erbat ijiem, mat-850 immigrant daħlu f’Ceuta.
Dan seħħ hekk kif issa qed imiss lil Spanja issir il-mira ewlenija tal-immigranti li jridu jidħlu fl-Unjoni Ewropea. Kien hemm numru ta’ pulizija Spanjoli li ndarbu, fosthom erbgħa li kellhom jiddaħħlu l-isptar hekk kif l-immigranti waddbu l-bleach lejhom hekk kif qabżu fit-territorju Spanjol. Kien hemm ukoll 30 immigrant li ndarbu, imma ħadd b’mod serju.
Spanja għandha żewġ territorji tul il-fruntiera fit-Tramunana tal-Marokk – Ceuta u Melilla. Dawn huma l-uniku territorju tal-Unjoni Ewropea fl-art Afrikana u spiss il-fruntieri jkunu mira ta’ sforzi mill-immigranti biex jidħlu .