Futbol Sport

Cherchesov iġedded il-kuntratt b’sentejn

Stanislav Cherchesov ġedded il-kuntratt bħala kowċ nazzjonali tar-Russja b’sentejn wara li t-tim Russu kellu esperjenza pożittiva fit-Tazza tad-Dinja. Ir-Russja għaddiet minn Grupp A, eliminat lill-Spanja fl-aħħar 16 iżda kienet eliminata mill-Kroazja bl-għoti tal-penalties.

Il-Federazzjoni tal-Futbol Russa rringrazzjat lill-eks gowlkiper tar-Russja għall-ħidma li għamel biex jipprepara lit-tim fit-Tazza tad-Dinja, minkejja li r-Russja kienet l-aktar tim b’ranking baxx li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja.

“Stanislav Cherchesov u t-tim tiegħu għandhom il-fiduċja assoluta tal-federazzjoni. Aħna nantiċipaw rebħu u kisbiet sinifikanti għat-tim Russu,” qal l-aġent kap tal-Federazzjoni Russa Aleksandr Alaev. Illum il-President Vladimir Putin jilqa’ lit-tim nazzjonali fiċ-ċerimonja tal-unuri fil-Kremlin.

Tags