Geraint Thomas kompla joqrob li jirbaħ it-Tour de France għall-ewwel darba, wara li spiċċa t-tieni fid-19-il stadju fl-aħħar ġurnata fil-muntanji, b’Primoz Roglic jidħol fl-ewwel post. Il-Britanniku għeleb lill-eqreb rivali Tom Dumoulin fl-isprint finali, biex kiseb sitt sekondi bonus u kabbar il-vantaġġ fil-klassifika finali b’żewġ stadji għat-tmiem.
Thomas jinsab żewġ minuti u ħames sekondi vantaġġ, bl-istadju tal-lum hu time trial individwali ta’ 31 kilometru. L-istadju finali tal-Ħadd f’Pariġi mhux se tara tibdil fil-klassifika. Dan għaliex it-tradizzjoni tiddetta li l-flokk l-isfar ma jkunx attakkant fl-aħħar stadju.
Jekk Thomas ikun għadu fuq quddiem fit-time trial, isir it-tielet Britanniku li jirbaħ din it-tiġrija, wara Sir Bradley Wiggins fl-2012 u l-erba’ darbiet rebbieħ Chris Froome.
Iċ-champion renjanti spiċċa maċ-ċiklisti tal-grupp ta’ Thomas, iżda niżel fit-tielet post fil-klassifika, b’Roglic jaqsam il-linja finali waħdu b’vantaġġ ta’ 19-il sekonda.
Kif spiċċaw id-19-il stadju
1. Primoz Roglic 5:28.17
2. Geraint Thomas +0.19
3. Romain Bardet +0.19
4. Daniel Martin +0.19
5. Rafal Majka +0.19
6. Tom Dumoulin +0.19
7. Mikel Landa +0.19
8. Chris Froome +0.19
9. Steven Kruijswijk +0.31
10. Ilnur Zakarin +0.31
Klassifika Ġenerali
1. Geraint Thomas 79:49.31
2. Tom Dumoulin +2.05
3. Primoz Roglic +2.24
4. Chris Froome +2.37
5. Steven Kruijswijk +4.37
6. Mikel Landa +4.40
7. Romain Bardet +5.15
8. Daniel Martin +6.39
9. Nairo Quintana +10.26
10. Ilnur Zakarin +11.49
//= $special ?>