Ambulanza msejjħa fil-post tal-inċident
Mara ta’ 34 sena mill-Gżira u tifel ta’ 12-il sena kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura wara li l-karozza misjuqa mill-mara tat-tip Toyota Vitz ħabtet fit-trakk misjuq minn raġel ta’ 43 sena mill-Mellieħa.
L-inċident fi Triq Bellavista f’San Ġwann sar għall-ħabta tal-11.15.
Il-mara ġarbet ġrieħi ħfief filwaqt li l-kundizzjoni tat-tifel għadha mhix maghrufa.
//= $special ?>