Kurżitajiet Lokali

ILLEJLA: L-itwal eklissi tas-Seklu

Illejla mistennija sseħħ l-itwal eklissi fis-Seklu 21. Dan hekk kif il-qamar se jkun fid-dell tad-dinja għal kważi sagħtejn. F’dan il-ħin il-qamar jibda jsir ħamrani għall-meravilja ta’ ħafna nies.

Il-fenomenu jibda fit-8:24pm fejn il-qamar jidħol fil-fażi parzjali tal-eklissi. It-totalita’ ta’ dan il-fenomenu tibda tidher biċ-ċar fid-9:30pm.

Illejla fil-Forti Sant’Iermu se ssir attivita’ fejn wieħed se jkun jista’ jsegwi l-eklissi. Apparti minn hekk mill-istess post se tkun qed tiġi trasmessa live l-eklissi fuq YouTube.

Ritratt: Joseph Galea