‘Enjoy summer, have a safe ride home’ – hija kampanja ġdida li tnediet bl-iskop li jonqsu l-inċidenti tat-traffiku kkawzati minn xorb eccessiv ta’ alkoħol.
Kampanja li tnediet fi żmien li jkun hemm ammont kbir ta’ attivitajiet b’mod partikolari għaż-żgħażagħ.
Din il-kampanja ser tkun maqsuma fi tliet partijiet. L-ewwel parti hija dik li turi karozzi li jkunu mfarrkin viċin istabbilimenti fejn ikun hemm parties kbar. Il-messaġġ li mistenni jitwassal minn dawn il-karozzi huwa li juri kemm jistgħu ikunu koroh inċidenti tat-traffiku.
Pierre Vella, il-President fil-kunsill għas-sigurta’ fit-toroq, spjega dan f’kumment li ta lil NET News.
Fi tmiem il-ġimgħa waqt l-attività Tomorrow Land il-Kunsill tas-sigurta’ fit-toroq ser ikun qed jispjega lin-nies il-periklu, li x-xorb flimkien mas-sewqan, iġib miegħu.
L-għalliema tas-sewqan, li huma wkoll parti mill-istess kunsill, ser ikunu qed jagħtu sehemhom ukoll f’din il-kampanja. Huma se jkunu qed jgħallmu lis-sewwieqa l-ġodda kif għandhom jaġixxu meta jixorbu.
Dan kollu qed isir bl-iskop li jkompli jonqsu l-fatalitajiet mit-toroq Maltin.
//= $special ?>
