L-eks Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jerome Valcke tilef l-appell tiegħu fil-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport (CAS) kontra s-sospensjoni ta’ għaxar snin mill-futbol. Valcke li għandu 57 sena kien sospiż fl-2015 meta l-FIFA ddeċidiet li kien kiser il-kodiċi tal-etika f’serje ta’ okkażjonijiet.
Il-Franċiż oriġinarjament ingħata sospensjoni ta’ 12-il sena u multa ta’ 100,000 Frank Żvizzeru, qabel mas-sospensjoni tnaqqset b’sentejn. Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport qalet li l-piena tal-FIFA kienet proporzjonata tajba.
Il-CAS żiedet li kkonkludiet li l-offiżi misjuba li għamel Jerome Valcke kienu ta’ livell gravi. Valcke li kien l-id il-leminija tal-eks President tal-FIFA Sepp Blatter, dejjem sostna li ma għamel assolutament xejn ħażin.
Minbarra li Valcke kien implikat fi skema relatata mal-bejgħ tat-Tazza tad-Dinja, il-Kumitat tal-etika tal-FIFA qal li Valcke aġixxa kontra l-aħjar interessi tal-FIFA u kkawża ħsara finanzjarja konsiderevoli billi vjaġġa fuq titjiriet privati mal-familja għall-ispejjeż tal-organizzazzjoni. Kritika saret ukoll fl-involviment tiegħu fil-bejgħ tad-drittijiet tat-televiżjoni.
Blatter kien sospiż mill-FIFA għal tmiem snin, sospensjoni li wara tnaqqset għal sitt snin dwar ksur etiku meta nstab li għamel pagament ta’ €1.5 miljun lill-eks President tal-UEFA Michel Platini. L-appell tiegħu lill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport kien miċħud minn Diċembru tal-2016.
//= $special ?>