Jekk fi tmiem din il-ġimgħa fi ħsiebek li ssuq filgħaxija ta’ min tieħu nota.
Dan hekk kif il-Pulizija qed tavża li s-Sibt, 28 ta’ Lulju, u l-Ħadd, 29 ta’ Lulju ser jingħalqu bosta arterji tat-traffiku sabiex tkun tista’ tinżamm il-wirja tan-nar tal-ajru marbuta mal-festa ta’ Santa Venera. Is-Sibt it-toroq ser jingħalqu mid-21.30 sal-23.30 sabiex il-jum segwenti ser jingħalqu mis-18.30 sal-22.30.
L-arterji prinċipali li ser ikunu magħluqa huma s-segwenti:
- Bypass tal-Mrieħel, direzzjoni lejn il-Marsa Bypass.
- Marsa Bypass, minn ma’ Triq Aldo Moro, Marsa, mit-telgħa biswit is-Sezzjoni tal-Kavallerija tal- Pulizija.
- Marsa Bypass, direzzjoni lejn il-mina ta’ Santa Venera, kif ukoll fid-direzzjoni tal-Bypass tal-Imrieħel
- Triq Reġjonali, direzzjoni lejn il-Marsa Bypass (inklużi l-mini ta’ Santa Venera).
- Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, kif ukoll parti mill-istess triq li tagħmel mal-Ħamrun.
- Triq il-Kanun, Santa Venera.
Għaldaqstant il-pubbliku huwa mħeġġeġġ jsib rotta alternattiva fost oħrajn minn Ħaż-Żebbuġ jew Birkirkara.
//= $special ?>


