Internazzjonali

RITRATTI: L-Ingliżi litteralment f’nofs forn!

Mewġa ta' sħana kunsidrata bħala waħda rekord

Matul il-ġurnata tal-lum l-Ingliżi qed jippreparaw ruħhom għal temperaturi li mistennija jaqbżu it-38 grad celcius – temperaturi li ħafna qed iqisuhom rekord għal dan iż-żmien tas-sena. Fl-Irlanda u l-Iskozja, it-temperaturi diġa’ qarrbu id-29 grad celcius.

Din il-mewġa ta’ sħana mistennija taqbeż ir-rekord li kien reġistrat fl-2003, bl-għola temperaturi jkunu qrib it-38 grad f’Kent.

Is-sħana qed iġġib magħha diversi sfidi partikolarment fis-sistemi tat-trasport pubbliku, inkluż il-Eurotunnel li jgħaqqad ir-Renju Unit ma’ Franza.

Fl-istess waqt, f’diversi partijiet tal-pajjiż hemm ukoll tħassib kbir minħabba maltempata kbira li mistennija tolqot fis-sigħat li ġejjin.