Lokali Saħħa

Stennija għall-pilloli tal-pressjoni flok il-Valsartan

Għandhom jaslu fl-ispiżeriji fis-sigħat li ġejjin

L-ispiżeriji li jagħmlu parti mill-iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tieghek (POYC) qegħdin jistennew li jirċievu konsenji tal-pilloli Caldesartan. Dawn il-pilloli se jitqassmu lil pazjenti li normalment jieħdu l-Valsartan biex jikkontrollaw il-pressjoni.

Skond informazzjoni li għandu Net News, konsenja ta’ Caldesartan tinsab fis-Central Procurement and Supplies Unit u l-pilloli għandhom jitqassmu fl-ispiżeriji fis-sigħat li ġejjin.

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, kunsenji tal-Valsartan li kien hawn f’pajjiżna instab li jagħmlu part minn lott li kien fihom traċċi ta’ kimika li setgħet tikkawża l-kanċer.

L-awtoritajiet taw il-parir lil persuni li jieħdu l-Valsartan ikellmu t-tabib tagħhom. Huma avżaw ukoll li wieżed m’għandux iwaqqaf il-Valsartan ħesrem għax dan seta’ joħloq iktar riskji għall-pazjent.

Mas-27,000 persuna f’Malta tieħu l-Valsartan biex tikkontrolla l-pressjoni.