Formula 1 Sport

Vettel l-aktar veloċi fit-tieni sessjoni ta’ provi liberi

(Ritratt: EPA)

Sebastian Vettel kien l-aktar sewwieq fit-tieni sessjoni liberi tal-bieraħ, hekk kif ir-rivali tiegħu Lewis Hamilton u Mercedes sabuha diffiċli biex iżommu r-ritmu. Hamilton kien biss il-ħames l-aktar veloċi, pożizzjoni li okkupa anki fl-ewwel sessjoni, wara ż-żewġ karozzi tal-Ferrari u r-Red Bull.

Wara li Red Bull spiċċaw fuq quddiem fl-ewwel sessjoni, Vettel kien l-aktar veloċi fit-tieni sessjoni b’ħin ta’ 1:16.834. “Kienet waħda mill-aktar Ġimgħa solidi li kellna,” qal Vettel.

F’ċirkwit li għandu jkun favorevoli għal karozza Red Bull, Max Verstappen kien ftit anqas minn 0.1 ta’ sekonda wara Vettel, b’Daniel Ricciardo jtemm qabel Kimi Raikkonen.

“Il-karozza ħassejtha tajba u li tkun it-tieni l-aktar veloċi kienet bidu pożittiv għal tmiem il-ġimgħa. Għad fadal fejn nitjiebu iżda qed nistenna kompetizzjoni missielta waqt il-provi uffiċjali,” qal Verstappen.

Lewis Hamilton qal li kien mistenni li l-Ferrari u r-Red Bull ikunu aktar veloċi minnhom. Hu qal li t-tyres kienu qed jisħnu u l-akbar problema hi li jieħdu ħsieb it-tyres ta’ wara.

Kif Spiċċaw it-tieni sessjoni

1. Sebastian Vettel         Ferrari                  1:16.834

2. Max Verstappen        Red Bull               + 0.074

3. Daniel Ricciardo        Red Bull               + 0.227

4. Kimi Raikkonen        Ferrari                  + 0.319

5. Lewis Hamilton         Mercedes              + 0.753

6. Valtteri Bottas           Mercedes              + 1.034

7. Romain Grosjean      Haas                      + 1.231

8. Carlos Sainz               Renault                 + 1.661

9. Pierre Gasly               Toro Rosso           + 1.684

10. Esteban Ocon           Force India           + 1.927

11. Sergio Perez              Force India           + 2.016

12. Fernando Alonso     McLaren               + 2.023

13. Kevin Magnussen    Haas                     + 2.046

14. Nico Hulkenberg     Renault                 + 2.079

15. Brendon Hartley      Toro Rosso           + 2.082

16. Marcus Ericsson      Sauber                  + 2.209

17. Charles Leclerc         Sauber                  + 2.303

18. Lance Stroll              Williams               + 2.811

19. Stoffel Vandoorne   McLaren               + 2.878

20. Sergey Sirotkin        Williams               + 2.936