Lokali

AĠĠORNATA: Bulgaru jittajjar f’Tal-Ibraġ

Bulgaru ta’ 19-il sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri ġrieħi ħfief wara li ntlaqat minn vettura tat-Tip Suzuki Swift, fi Triq l-Ibraġ, f’Tal-Ibraġ, qrib il-grawnd tal-Luxol.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am.

Iż-żagħżugħ ittieħed minnufih lejn l-isptar Mater Dei biex tirċievi l-kura meħtieġa.

Il-pulizija qed jinvestigaw dan l-inċident.