Lokali

Daħna kbira f’dar tal-anzjani twassal għal evakwazzjoni

Fortunatament ħadd ma weġġa', hekk kif numru ta' anzjani kellhom jinħarġu barra mill-kmamar

Fortunatament ħadd ma weġġa’ wara inċident fid-dar residenzjali tal-anzjani fiż-Żejtun wara shortage ta’ appart elettroniku.

Fi stqarrija maħruġ mis-Segretarjat għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, sar magħruf kif kellhom jittieħdu numru ta’ miżuri minħabba daħna li ħonqot d-dar residenzjali – u li wasslet biex numru ta’ anzjani kien evakwati mill-kmamar bħala prekawzjoni sakemm ġie assigurat li l-kmamar kienu siguri.

Ġie mistqarr kif l-amministrazzjoni ta’ Care Malta kellha tieħu l-miżuri kollha neċessarji, biex fortuntament ħadd ma weġġa’.