Lokali

FILMAT BIL-KUMMENTI: Il-Ministru b’ġustifikazzjoni għad-droga f’Monte Karmeli

Net News jistaqsi lil Michael Farrugia tul konferenza stampa fil-Ministeru tiegħu fil-Belt Valletta.

Id-droga li qed tiddaħħal fit-Taqsima Forensi tal-isptar Monte Karmeli mhix waħda llegali. Kienet din ir-risposta tal-Ministru tal-Intern Michael Farrugia meta f’konferenza tal-aħbarijiet staqsejna dwar it-tħassib li dejjem qed jikber ta’ droga li dejjem qed tiżdied fl-isptar Mount Carmel.

Il-kumment tal-Ministru Michael Farrugia dwar id-droga sintetika f’Mount Carmel sar wara li fil-ġimgħat li għaddew, kellhom jiddaħħlu numru ta’ persuni b’overdose l-isptar – pazjenti li kienu qed jiġu rikoverati fit-taqsima Forensika ta’ Mount Carmel.

Il-Ministru Michael Farrugia jiġġustifika wkoll is-sitwazzjoni f’Paceville, u jqabbel is-sitwazzjoni mas-snin preċidenti

Mistoqsi fuq kif din id-droga li qed tagħmel ħsara tista’ tiġi illegali… huwa wieġeb li qed jaħdem fuqha u li uħud ma jistax’ jiġu llegali għax ikollhom sustanzi żgħar li ġieli jintużaw għall-kura.

Bħala NetNews saqsejna wkoll lil Farrugia dwar il-kriminalità f’Paceville, li xi drabi anki qed twassal għall-fatalitajiet, bil-Ministru jiggustifika s-sitwazzjoni biss billi jikkumpara ma’ snin precedenti.

Intant saqsejnih jekk hux inkwetanti li f’Paceville mhux qed ikun hemm biżejjed Pulizija.

Fl-aħħar xhur fiz-zona ta’ Paceville rajna numru ta’ fatalitajiet, bl-aħħar wieħed ikun dak tal-imprenditur Hugo Chetcuti. Fost l-oħrajn ġew irrapurtati numru ta’ atti vjolenti.

Is-Sibt 16 ta’ Ġunju Tork jaqla xebgħa u jitħalla mal-art, f’Paceville.

Fost l-oħrajn f’April ta’ din is-sena rajna nies li nqabdu fil-pusses ta’ droga f’Paceville u fil-5 ta’ Marzu numru ta’ persuni jaħarbu minn fuq il-post wara suspetti ta’ użu ta’ droga f’zona f’Paceville.

Fl-aħħar xhur ukoll kien hemm bosta nies li bdew iqabblu l-Paceville bħala Red Light District u oħrajn sostnew li f’ċertu ħinijiet tibża’ timxi waħdek f’Paceville.

Intant quddiem dan kollu, il-Ministru Farrugia għażel li li fit-tweġibiet tiegħu fis-sena 2018, iqabbel ir-riżultati tiegħu mas-snin precedenti biex jiggustifika u jtenni li issa l-affarjiet f’Paceville qegħdin għall-aħjar.

Ritratti: Matthew Tabone