‘ALIVE’ hija fondazzjoni tal-karita’. Matul il-ġimgħa li għaddiet din il-fondazzjoni tellgħet grupp ta’ ċiklisti Vienna għar-Remax Cycling Challenge for Cancer 2018. Iċ-ċiklisti waslu lura pajjiżna s-Sibt 28 ta’ Lulju fejn ġew milqugħa minn ammont kbir ta’ nies li laqaw lill-familjari tagħhom. NET News mar l-ajruport u ra din ix-xena tiżvolġi.
Fost iċ-ċiklisti kien hemm Elton Barry. Elton għadda minn esperjenza trawmatizzanti, sitt snin ilu Elton ħass weġgħa f’qalbu, li wara ġie rriżultat li għadda minn 3 attakki tal-qalb. Huwa tatu wkoll puplesija f’Ottubru li għadda. NET News staqsa lill-Elton dwar l-esperjenza tiegħu flimkien ma’ ALIVE ġewwa Vienna.
NET News staqsa wkoll lil Elton Barry dwar l-effett li l-esperjenza trawmatizzanti ħalliet fuqu tul il-vjaġġ twil tiegħu ġewwa Vienna.
Iċ-ċiklisti affaċjaw diversi sfidi partikolari tul il-vjaġġ twil tagħhom. Fundatur tal-ALIVE Foundation spjegalna waħda mill-isfidi li għadda minnha hu.
L-isfida li ċ-ċiklisti kellhom jegħlbu kienet waħda fejn kellhom jiċċiklaw għal aktar minn 1000 kilometru f’sebat ijiem. Il-fondazzjoni ALIVE qiegħda tiġbor fondi sabiex issir riċerka tal-kanċer.
//= $special ?>