Għada fl-uffiċċju tal-AŻAD fil-Belt Valletta l-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) se jkun qed jorganizza seminar li se jitratta s-saħħa sesswali, suġġett li f’Malta mhux daqstant diskuss minkejja li llum qed ngħixu f’era tat-tekonoloġija avvanzata.
Jista’ jkun hemm xi nuqqas fis-sistema edukattiva tagħna?
F’Malta llum huwa wieħed mill-ogħla fl-Ewropa li huma l-aktar milqutin mill-HIV. Għandna wkoll l-ogħla numru ta’ tfajliet li joħorġu tqal qabel it-tmintax-il sena, għandna wkoll rata għolja ħafna ta’ tfajliet li jiltaqgħu ma’ fastidju sesswali.
Nistgħu nagħmlu xi ħaġa xi ħaġa biex nirranġaw din is-sitwazzjoni? Jista’ jkun hemm xi nuqqas fis-sistema edukattiva tagħna? X’qed isir mill-organizzazjonjiet konċernati fuq dan?
L-MŻPN għalhekk jidhirla li għandha titratta dan is-suġġett, fil-miftuħ u fil-libertà meħtieġa. Dan is-seminar għandu jfassal li jitwieġbu numru ta’ domandi u oħrajn relatati ma’ dan is-suġġett lil esperti preżenti u l-importanza għas-saħħa soċjali fil-ħajja ta’ kuljum.
L-MŻPN jistieden liż-żgħażagħ kollha interessati f’dan is-suġġett biex jattendu dan is-seminar u jġibu magħhom l-ideat u anki xi diffikultajiet tagħhom, b’hekk tkun tista’ ssir din id-diskussjoni meħtieġa li hemm bżonn li ssir f’pajjiżna.
Aktar dwar dan fl-attività fuq Facebook billi tagħfas hawnhekk.
Il-kelliema tul is-seminar tista’ ssegwi min huma hawn taħt.