Lokali

“Hekk ikunu l-eroj” – Adrian Delia jiltaqa’ ma’ Simon Schembri

Laqgħa mhux mistennija waqt il-festa ta' Raħal Ġdid

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia iddeskriva lill-kuntistabbli Simon Schembri bħala eroj, hekk kif ilbieraħ iltaqa’ ma’ Schembri f’ambjent ta’ festa, bil-kuntistabbli jidher viżibbilment aħjar u seren wara li fl-aħħar ġimgħat sarlu intervent importanti immens.

Wara l-aggressjoni li saret fuqu, issa Simon Schembri għandu id prostetika.

Adrian Delia kiteb fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook illi dawn huma l-eroj tagħna jekk tassew irid ikollna soċjeta’ li jimpurtaha. “This is the stuff that heroes are made of”, sostna l-Kap tal-PN hekk kif ħa ritratt mal-istess Pulizija li fil-15 ta’ Mejju żagħżugħ saq għal fuqu b’mod mill-aktar viljakk.

Liam Debono tressaq il-Qorti akkużat bl-attentat ta’ qtil fuq il-Kuntistbbli Schembri.