Internazzjonali

Il-Papa jaċċetta r-riżenja tal-Kardinal McCarrick

Il-Papa Franġisku aċċetta r-riżenja minn kardinal ta’ Theodore McCarrick; l-eksArċisqof ta’ Washington u li sa ftit ilu kienu fost l-aktar personalitajiet prominenti fil-Knisja Kattolika.

McCarrick, fil-fatt, qed jitqies bħala ‘l-ewwel kardinal li qatt tilef il-kariga’ bħala uffiċjal tal-knisja influwenti. Dan wara li hu spiċċa involut f’allegazzjonjiiet dwar abbuż ta’ minorenni u seminaristi żgħażagħ.

L-iskandlu inkwistjoni ssorprenda bil-kbir lill-Knisja Amerikana meta McCarrick kien ilu snin twal fost l-aktar personalitajiet reliġjużi rispettati u meta hu kien jikkonsulta mill-qrib ma’ Presidenti u Kapijiet tal-Knisja.

Stqarrija partikulari qalet li l-Papa aċċetta r-riżenja ta’ McCarrick waqt li kkonferma li l-eksArċisqof ta’ Washington se jkun sospiż milli jeżerċita xi rwol fil-pubbliku. L-akkużi kontra McCarrick, intant, iridu jkunu eżaminati fi proċess kanoniku regolari.