Lokali

Jiġi elett Kunsill ġdid għall-IĠM

Fi stqarrija l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ħabbar li ġie elett Kunsill ġdid waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret illum. Fl-elezzjoni li saret skont l-istatut tal-IĠM, il-membri vvutaw biex jeleġġu tliet uffiċjali u erba’ membri li se jservu għas-sentejn li ġejjin.

Yannick Pace kien elett Chairperson; Nigel Mifsud kien elett Segretarju Ġenerali filwaqt li Mario Schiavone kien konfermat Teżorier. Il-membri eletti huma Roderick Agius, Domenic Aquilina, Charles Camenzuli u Mario Xuereb. Dan ifisser li l-Kunsill il-ġdid tal-IĠM għandu żewġ uffiċjali u tliet membri ġodda.

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali l-membri preżenti approvaw ir-Rapport Amministrattiv u r-Rapport Finanzjarju.

Fi tmiem il-laqgħa iċ-Chairperson tal-IĠM Yannick Pace irringrazzja lill-membri tal-fiduċja li wrew fih u sostna li l-IĠM se jaħdem b’impenn akbar biex jakkwista l-fiduċja tal-ġurnalisti Maltin u biex ikompli jsaħħaħ il-professjoni.

L-IĠM jirringrazzja lil Norma Saliba li għal din l-aħħar sena serviet bħala Aġent Chairperson.

Tags