Miljuni ta’ nies madwar id-dinja setgħu jaraw l-itwal eklissi totali tal-qamar, fost xeni straordinarji.
Ħafna nies f’numru ta’ pajjiżi imlew il-parks u postjiet pubbliċi tal-ibliet biex jassistu għall-fenomenu magħruf bħala l-Qamar Imdemmi jew Blood Moon, u fejn raw il-qamar jassumi kulur ħamrani uniku.
L-eklissi totali, li kienet l-itwal waħda fis-seklu 21, damet għal siegħa, 42 minuta u 57 sekonda.
Intant, kien hemm ukoll eklissi parzjali qabel u wara l-fenomenu tal-Blood Moon u li jfisser li l-qamar dam total ta’ tliet sigħat u 54 minuta fid-dell tad-dinja.
L-eqqel tal-eklissi totali seta jkun apprezzat minn diversi bnadi tal-Ewropa, ir-Russja, l-Afrika, il-Lvant Novsani, il-parti kbira tal-Asja u l-Awstralja.
//= $special ?>

