Internazzjonali

Militanti jattakkaw skola għall-qbiela fl-Afganistan

Grupp ta’ militanti fl-Afganistan attakkaw skola għat-taħriġ tal-qbiela fil-belt ta’ Jalalabad, fost rapporti dwar ‘vittmi u midruba’ li n-numru tagħhom ma setax ikun ikkonfermat.

L-aggressuri tajjru l-isplussivi u fetħu n-nar lejn iċ-ċentru u waqt li salvaw il-parti kbira tal-istudenti u l-qbiela, ma kienx magħruf x’għadda minn oħrajn li setgħu spiċċaw ‘iżolati ġewwa l-kumpless’. Għalkemm l-ebda grupp ma assuma responsabbiltà għall-attakk, il-militanti tal-ISIS, fl-aħħar ġimgħat, kienu attivi fl-inħawi ta’ Jalalabad u fil-provinċja ta’ Nangarhar.

Il-qawwiet tas-sigurtà Afgani li rreaġew għall-attakk għalqu l-aċċessi għall-iskola u fittxew ‘għall-aħħar militanti’ bil-għan li jeliminawhom. Fil-bidu tal-attakk kien hemm madwar 70 impjegat u studenti fl-iskola u ma kienx ċar għalfejn il-militanti wettqu din l-azzjoni kontra l-kumpless partikulari.