Lewis Hamilton se jibda l-Grand Prix tal-Ungerija mill-ewwel post wara li għamel l-aħjar ħin fiċ-ċirkwit ta’ Hungaroring. Din il-pole position ftit kienet mistennija għal Hamilton minħabba l-fatt li l-Mercedes ma kinux l-aktar veloċi fis-sessjonijiet ta’ provi liberi.
Iżda l-fatt li l-provi uffiċjali kienu dominati mill-maltemp, inbidel l-andament minħabba li s-sewwieqa ma setgħux jagħmlu l-aħjar tagħhom. Fil-fatt, fl-aħħar fażi l-għaxar sewwieqa kkompetew bil-wet tyres.
Ir-riżultat għal Mercedes kompla jkun aħjar minħabba li sieħeb Hamilton, Valtteri Bottas, se jibda mit-tieni post, bil-Finlandiż ikun parzjalment fuq quddiem bi ftit sekondi għat-tmiem. Warajhom se jibdew il-koppja magħmula minn Kimi Raikkonen u Sebastian Vettel.
Riżultat pożittiv għal Carlos Sainz, iżda wisq aktar għal Toro Rosso li permezz ta’ Pierre Gasly u Brendon Hartley se jibdew mis-sitt u t-tmien post rispettivament. Daniel Ricciardo ddiżappunta fuq Red Bull hekk kif klassifika fit-12-il post.
Diżappunt ukoll għaż-żewġ sewwieqa tal-Force India li se jibdew mit-18 u d-19-il post, f’tiġrija li se tkun diffiċli għalihom minħabba l-problemi finanzjarji tat-tim.
Kif se jibdew
1. Lewis Hamilton 1:17.419 1:31.242 1:35.658
2. Valtteri Bottas 1:17.123 1:32.081 1:35.918
3. Kimi Raikkonen 1:17.526 1:32.762 1:36.186
4. Sebastian Vettel 1:16.666 1:28.636 1:36.210
5. Carlos Sainz 1:17.829 1:30.771 1:36.743
6. Pierre Gasly 1:18.577 1:31.286 1:37.591
7. Max Verstappen 1:16.940 1:31.178 1:38.032
8. Brendon Hartley 1:18.429 1:32.590 1:38.128
9. Kevin Magnussen 1:18.314 1:32.968 1:39.858
10. Romain Grosjean 1:17.901 1:33.650 1:40.593
Eliminati fit-tieni fażi
11. Fernando Alonso 1:18.208 1:35.214 –
12. Daniel Ricciardo 1:18.540 1:36.442 –
13. Nico Hulkenberg 1:17.905 1:36.506 –
14. Marcus Ericsson 1:18.641 1.37.075 –
15. Lance Stroll 1:18.560 – –
Eliminati fl-ewwel fażi
16. Stoffel Vandoorne 1:18.782 – –
17. Charles Leclerc 1:18.817 – –
18. Esteban Ocon 1:19.142 – –
19. Sergio Perez 1:19.200 – –
20. Sergey Sirotkin 1:19.301 – –
//= $special ?>