Raġel ta’ 66 sena, waqa minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fejn sofra ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Juan B Azzopardi fin-Naxxar, għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija. Hekk kif ġew infurmati, numru ta’ Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ li sar irriżulta li raġel li hu residenti Ħal Balzan waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem f’residenza.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn feriti gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>