Kurżitajiet Lokali

RITRATTI: L-eklissi fuq Malta

Sensiela ta' ritratti meħuda mill-fotografu tagħna Joseph Galea

Matul il-lejl kienu bosta dawk li ssaħħru bl-eklissi lunari li ddominat is-sema Maltija – eklissi li dehret madwar id-dinja kollha.

Kienet bla dubju xena suġġestiva dik tal-bieraħ, bil-qamar jieħu lewn aħmar ftit wara d-9pm – xena li kompliet iżżewwaq is-sbuħija tas-Sajf Malti.