Lokali

FILMAT: Id-dewmien hu dovut għal restrizzjonijiet minħabba maltemp fl-Ewropa – Air Malta

Stqarrija tal-Air Malta qalet li l-kumpanija bħalissa qed tiffaċċja azzjonijiet industrijali mill-operations controllers minħabba kwistjoni bejn żewġ trade unions.

L-Air Malta qalet li l-kwistjoni bħalissa tinsab quddiem it-tribunal industrijali li jiddeċiedi jekk l-operations controllers għandhomx jitqiesu bħala unit ta’ ħaddiema separati.

L-Air Malta tkompli li sakemm tittieħed din id-deċiżjoni mit-Tribunal, il-management ma jistax jinnegozja mal-assocjazzjoni tal-operations controllers għaliex jekk tagħmel dan, hi tkun qed tikser il-kundizzjonijiet tal-ftehim kollettiv tal-GWU.

L-Istqarrija tkompli li l-Air Malta għandha pjan ta’ kontinġenza biex jilqa’ għall-azzjonijiet industrijali u sostniet li d-dewmien li hemm bħalissa hu minħabba restrizzjonijiet tal-kontrolli tal-ajru minħabba maltemp fuq l-Ewropa.

L-azzjonijiet industrijali mill-Assocjazzjoni tal-Operations Controllers setgħu isiru wara li iktar kmieni dan ix-xahar, il-Qorti ċaħdet mandat ta’ inibizzjoni mitlub mill-Air Malta biex twaqqafhom milli jwettqu azzjonijiet industrijali.

L-Assocjazzjoni twaqqfet fl-2015 iżda l-Air Malta qatt ma rrikonoxxiet din il-union. F’Ġunju tas-sena li għaddiet, id-Direttur tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali kien ordna lill-Air Malta biex tirrikonoxxi l-Assoċjazzjoni bħala trade union. Il-kwistjoni tinsab quddiem it-Tribunal Industrijali.