Lejliet il-kwindiċina tal-festa ta’ Santa Marija ta’ din is-sena se jibqa mnaqqax fil-memorja tal-komunita’ Mostija. Dan hekk kif il-Knisja Arċipretali issa ġiet elevata għal Bażilika Minuri.
Il-konċelebrazzjoni immexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna, bdiet bil-qari tad-digriet Pontifiċju tal-31 ta’ Mejju fejn ingħata t-titlu l-ġdid lill-knisja tar-Rotunda
Fl-omelija tiegħu, Mons Arċisqof qal li t-titlu ta’ Bażilika mhux biss dwar l-umbrellun u t-tintinnaklu iżda hu wkoll titlu ta’ responsabbilta’ fejn il-komunita’ trid tagħti sinjal tas-Saltna t’Alla u tagħti tifsira reali ta’ x’jiġifieri tkun nisrani.
Il-Quddiesa ġiet fi tmiemha bil-kant tat-Te Deum u l-Barka Pastorali.
Wara saret purċissjoni qasira ġewwa l-Bażilika bil-vara titulari fost l-entużjażmu tal-folla kbira li attendiet iċ-ċelebrazzjoni.
Wara, l-Arċisqof bierek lapida li tfakkar l-okkażjoni u s-salib li se jintrama’ fuq il-faċċata tal-Bażilika tal-Mosta.
//= $special ?>