Huma tal-anqas 14 il-vittmi ta’ terremot qawwi li kien hemm qrib Bali. Terremot tal-qawwa ta’ 6.4 heżżeż il-gżira turistika ta’ Lombok ftit qabel is-sebħ tal-Ħadd. Post popolari mat-turisti u li jinsab 40 kilometru mid-destinazzjoni turistika popolari ta’ Bali.
It-terremot wassal ukoll biex mal-160 persuna jinsabu filwaqt li eluf ta’ djar ikkrollaw. Fost il-mejtin hemm ukoll ħamest itfal.
L-epiċentru tat-terremot kien 50 kilometru mill-belt ta’ Mataram, fit-Tramuntana ta’ Lombok. It-theżżiż inħass anki f’Bali, imma m’hemm ebda rapporti ta’ vittmi jew ħsarat hemmhekk.
Wara l-ewwel terremot, kien hemm mas-60 terremot ieħor ta’ intensità iżgħar. L-aktar wieħed qawwi kien ta’ 5.7.
Kien hemm valangi li mblukkaw l-aċċess għal xi nħawi kif ukoll ħarbtu l-provista tal-ilma u l-elettriku.
L-uffiċjali mhux qed jeskludu li l-vittmi jiżdiedu hekk kif tirranka l-ħidma tas-salvataġġ.
Issa fuq il-gżira kienu iddikjarati tlett ijiem ta’ emerġenza.


