Bħala parti mill-attivitajiet tal-40 sena anniversarju tal-Inter Club Malta, se ssir esebizzjoni ta’ diversi memorabilja tal-Inter. L-attività se ssir fil-każin tal-Inter Club Malta f’Santa Venera.
Fost l-affarijiet esebiti, se jkun hemm kollezzjoni kbira ta’ aktar minn 2,500 pins tal-ġlekk u affarijiet oħra ta’ interess. Pins tal-ġlekk u magazines antiki tal-Inter se jkunu fost l-affarijiet għal bejgħ bi prezzijiet speċjali.
Waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali ta’ din l-esebizzjoni hi li se jkun hemm arma tal-Inter b’dijametru ta’ 5.3 metri fejn jista’ jkun li tikkwalifika għal Malta Records.
L-esebizzjoni se tkun miftuħa l-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu bejn is-6.00pm u l-10.00pm, u s-Sibt 4 ta’ Awwissu u l-Ħadd 5 ta’ Awwissu bejn id-9.00am u nofsinhar.
//= $special ?>