Futbol Sport

FILMAT: Zlatan Ibrahimovic jerġa’ jagħmilha

Los Angeles Galaxy rebħu 4-3 kontra Orlando City

Zlatan Ibrahimovic skorja l-ewwel tripletta fil-Major Soccer League hekk kif Los Angeles Galaxy għelbu lil Orlando City 4-3 f’logħba mill-isbaħ.

Fid-debutt tiegħu, il-plejer ta’ 36 sena kien daħal bħala sostitut u kien strumentali biex LA Galaxy dawru żvantaġġ ta’ tliet gowls, b’doppjetta. Iżda din id-darba mar aħjar hekk kif skorja tripletta f’konfront ieħor interessanti.

Orlando marru fil-vantaġġ fi tliet okkażjonijiet f’Los Angeles, iżda ntlaħqu kull darba. Ibrahimovic serva assist biex Galaxy skorjaw l-ewwel gowl, b’Giovani dos Santos jiskorja b’xutt tajjeb. L-Iżvediż għamilhom 2-2 fil-bidu tat-tieni taqsima, b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għar-rokna wara kross mix-xellug.

Dominic Dwyer reġa’ poġġa lil Orlando minn fuq fl-54 minuta, iżda Ibrahimovic reġa’ ġab id-draw fis-67 minuta Ola Kamara krossja lejn l-Iżvediż li tar minn tulu biex skorja b’daqqa ta’ ras. Ibrahimovic skorja dak li kellu jkun il-gowl rebbieħ erba’ minuta b’kontroll tajjeb wara kross mix-xellug fuq it-tieni lasta u skorja b’xutt b’saħħtu fil-baxx mill-kaxxa.

Dan kien il-15-il gowl ta’ Zlatan Ibrahimovic fil-Major Soccer League minn 14-il logħba li beda mill-bidu. B’dawn it-tliet gowls hu tela’ fit-tieni post fil-klassifika tal-aqwa skorers.