Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited (JMFA) riċentement ospitat erba’ rappreżentanti ta’ Janus Henderson Investors. L-għan taż-żjara ta’ tlett ijiem f’Malta kien li jipprovdu aġġornament dwar l-iżviluppi u l-istrateġija ta’ Janus Henderson Investors u li jingħata għarfien dwar il-fondi li huma disponibbli għall-intermedjarji li joperaw fis-suq lokali.
Ġiet organizzata laqgħa waqt il-kolazzjon għall-konsulenti tal-investiment u għall-klijenti istituzzjonali li matulha saret preżentazzjoni minn Matt Argent, id-Direttur tal-Investimenti. L-avveniment ta l-opportunità lir-rappreżentanti ta’ Janus Henderson biex jiltaqgħu u jistabbilixxu kuntatti ma’ professjonisti fl-industrija finanzjarja.
Filgħaxija ngħatat preżentazzjoni dwar is-suq tad-dħul fiss għall-klijenti korporattivi u l-klijenti mhux professjonali. Wara l-preżentazzjoni kien hemm riċeviment u l-uffiċjali tal-kumpanija setgħu jinteraġixxu mal-investituri Maltin. Jesmond Mizzi Financial Advisors Ltd hija r-rappreżentant lokali għal Janus Henderson Investors f’Malta u ġiet organizzata wkoll sessjoni ta’ taħriġ għall-konsulenti finanzjarji tal-kumpanija.
Janus Henderson Investors twaqqfet fl-2017 wara l-fużjoni bejn Janus Capital Group u Henderson Group. Francisco Bertomeu, Client and Investor Services Team Manager ma’ Janus Henderson qal: ‘Il-fużjoni kkontribwixxiet biex issaħħaħ aktar u tħallat l-għarfien u l-kompetenza esperta taż-żewġ gruppi kbar, li joriġinaw minn kontinenti differenti. Kif rifless fl-ethos tagħna ta’ Għarfien Kondiviż, in-nies tagħna jingħaqdu flimkien bħala tim biex itejbu l-għarfien permezz tad-djalogu u biex jagħtu s-setgħa lill-klijenti li jagħmlu deċiżjonijiet ta’ investiment u ta’ negozju aħjar.’
Jesmond Mizzi, id-Direttur Maniġerjali ta’ JMFA qal: ‘Huwa pjaċir tagħna li nilqgħu lil Janus Henderson Investors, li magħhom aħna kburin li għandna relazzjoni kummerċjali robusta u twila. L-istess bħal Jesmond Mizzi Financial Advisors, Janus Henderson Investors għandhom passjoni għall-operat tagħhom u jfittxu li joffru firxa ta’ prodotti u servizzi ferm diversifikata sabiex joħolqu l-aħjar soluzzjonijiet possibbli għall-klijenti’.
//= $special ?>