Il-fekruna li ġiet salvata fi tmiem il-ġimgħa miż-żagħżugħ Leander Mizzi, bdiet tingħata t-trattament meħtieġ sabiex joħroġ ix-xlief li inqabdet fihom.
Nature Trust ħadu l-fekruna għand il-VET għall-X-Ray sabiex jaraw fejn hi s-sunnara. B’hekk ikunu jafu fejn jistgħu joperaw. Dan kien konfermat minn Nature Trust stess, f’messaġġ li bagħtu lil Mizzi.
Wara l-X-Ray se jinbeda l-proċess ta’ trattament biż-żejt biex joħroġ ix-xlief waħdu. Dan sabiex ma jiċċartux l-organi.
Ma’ l-ewwel indikazzjoni jirriżulta li s-sunnara ma ċarrtet imkien.
Din kienet l-ewwel fekruna li ġiet salvata din is-sena.
//= $special ?>